Thursday, April 25, 2024

“Kruċjali li nibnu ekosistema robusta ta’ innovazzjoni”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dwar is-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Ministru Owen Bonnici spjega li dan huwa settur kruċjali għall-futur tal-pajjiż. Huwa għamilha ċara li biex pajjiżna jirnexxi, ikompli jikber u jkompli joħloq il-ġid huwa kruċjali li nibnu f’pajjiżna ekosistema robusta ta’ innovazzjoni.

Huwa mbagħad għamel elenku ta’ diversi inizjattivi li mistennija jittieħdu f’dan is-settur matul l-2022. “Inizjattiva importanti u li l-frott tagħha jidher fit-tul hija dik li flimkien mal-Università ta’ Malta u mal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija introduċejna l-post doc fellowship. Din hija l-ewwel skema strutturata li qatt ser issir Malta f’dan il-qasam.”

Din il-kollaborazzjoni se twassal għall-ħolqien ta’ tliet skemi ta’ riċerka ewlenin: Skema b’kollaborazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, skema li tagħti l-opportunità lill-individwi li jagħżlu l-qasam tar-riċerka huma stess f’kollaborazzjoni mal-Università u/jew entita’ privata, Skemi oħrajn individwali mill-partijiet interessati f’oqsma ekonomiċi ewlenin anki f’kollaborazzjoni ma’ Universitajiet barranin.

Dan il-ftehim ikompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u s-settur privat għat-tixrid tal-għarfien filwaqt li joħloq opportunitajiet akbar ta’ riċerka post Phd għall-ġid tal-ekonomija għall-Malta.

Il-Ministeru flimkien ukoll mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija   u l-MCAST se jniedu skema simili biex jinkoraġġixxu r-riċerka xjentifika u teknoloġika immirata biex  tgħin lill-ekonomija ta’ Malta.  Din ir-riċerka tkun ma’ gradwati tal-MCAST.

Il-Ministeru se joħloq pjattaforma ta’ diskussjoni għar-riċerkaturi biex ikun jistgħu jaqsmu ideat fuq suġġetti ta’ riċerka u biex tinħoloq sinerġija ta’ kollaborazzjoni fuq l-għerf, jiġu inkoraġġiti aktar pubblikazzjonijiet u jiġu megħjuna riċerkaturi b’idejat għar-riċerka bażika. Dan il-forum ikun jista’ jiddiskuti ukoll ricerka li tkun bżonnjuza għall-gvern u ser jikkollabora mal-kumitat tal-Post Pandemic Strategy biex jigi ipprovdut research based input li jghin lill- kumitat biex jimplimenta l-istarteġija. 

Wara s-suċċess tal-proġett ta’ aċċess bil-baħar għal Bighi, se  titkompla l-ħidma fuq żewġ proġetti infrastrutturali li ser ikomplu jsebbħu ż-żona ta’ Bighi fil-Kalkara, u fl-istess ħin ikomplu jistabbilixxu lil Bighi bħala hub għal-komunikazzjoni tax-xjenza u r-riċerka 

Iċ-ċentru Esplora se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura tiegħu sabiex ikompli jservi bħala xempju tal-qasam STEMf’Malta. B’permezz tal-Esplora, il-Kunsill se jkun qiegħed ivara diversi inizjattivi u proġetti ġodda, fejn fosthom l-Esplora ser ikun qed jinvesti madwar €100,000 f’esibiti interattivi ġodda fl-2022. 

Sport