Saturday, December 21, 2024

Il-voti invalidi ttripplaw… 59,827 persuna ma vvutaw lil ħadd

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif kompla għaddej il-proċess marbut mar-riżultat finali ta’ din l-elezzjoni ġenerali, fejn issa diversi kandidati bdew iħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw l-elezzjonijiet każwali, qed jirrizulta bl-aktar mod ċar li f’din il-votazzjoni kien hemm rekord ta’ voti invalidi fejn ittripplaw fuq dawk ta’ 20 sena ilu. Meta wieħed jgħodd il-voti invalidi ma’ dawk li għażlu li ma jmorrux jivvutaw, isib li hemm 59,827 persuna li għażlu li ma jivvutaw lil ħadd.   

Għal għadd ta’ analisti politiċi u anke sorsi qrib iż-żewġ partit ewlenin, dan l-ammont ta’ persuni li għażlu li ma jivvutawx juri li hemm bżonn analiżi ta’ x’wassal għal dan.  Fil-fatt kemm dawk li għażlu li ma jiġbrux id-dokument tal-vot, u kemm il-voti invalidi kienu ħafna akbar minn dawk tal-elezzjoni ġenerali għas-sena 2017. Anki dawk li ma ħarġux jivvutaw, li hu ta’ 51,025 persuna, hu ammont ferm akbar minn kemm ikun hemm f’elezzjonijiet oħra. 

Fatt interessanti hu l-voti invalidi, fejn kienu diversi il-messaġġi li nkitbu biex jaslu liż-żewġ partiti ewlenin. 

L-ammont ta’ voti invalidi li issa laħaq it-8,802, qed jiġi interpretat bħala li dan hu sinjal ta’ votanti li huma diżillużi, b’xi wħud ikollhom messaġġ lejn naħa u oħrajn lejn naħa oħra. Bħala persentaġġ l-ammont ta’ voti invalidi hu ta’ 2.9 fil-mija, meta fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017 il-persentaġġ kien ta’ 1.3 fil-mija. Fis-sena 2003, il-persentaġġ ta’ voti invalidi kien ta’ 1 fil-mija u għalhekk meta mqabbel ma’ l-ammont ta’ din is-sena, ifisser li din id-darba il-vot invalidi żdied bi tliet darbiet.

Normalment il-vot invalidu jkun jammonta għal 1.2 fil-mija, xi ħaġa li nżammet fl-elezzjoni ta’ qabel, apparti dik tas-sena 2003 meta hemmhekk il-vot invalidu kien anqas għax kien ta’ 1 fil-mija biss.

Id-distrett li l-aktar li kellu voti invalidi kien is-Seba’ Distrett li jinkorpora fih lil Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr u l-Imtarfa. F’dan id-distrett kien hemm 901 vot invalidu. 

Ekonomija

Sport