Saturday, May 4, 2024

Il-WHO tirrapporta l-akbar numru ta’ każi f’ġurnata waħda… it-total ta’ każi jqarreb il-ħames miljuni

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO qalet li lbieraħ ġew irrapportati aktar minn 100,000 każ ta’ Coronavirus, l-akbar ammont li ġie rrapportat f’ġurnata sa minn meta faqqgħet il-pandemija. 

Dan ingħad mid-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom Gheebreyesus li sostna wkoll li għad fadlilna triq twila x’ngħaddu minn din il-pandemija. 

Tedros qal li żewġ terzi tal-każi rrapportati kienu minn biss erba’ pajjiżi għalkemm ma qalx liema kienu. 

Intant, skont l-informazzjoni tal-WHO il-pajjiżi li għandhom l-akbar numri ta’ każi kkonfermati huma l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Brażil u r-Renju Unit. 

Id-Direttur Ġenerali semma wkoll kif hemm tħassib dwar in-numri ta’ każi li qed jiżdiedu f’pajjiżi li għandhom dħul baxx u medju. Hu stqarr li l-pandemija għallmitna ħafna lezzjonijiet, fosthom li s-saħħa mhix nefqa imma investiment biex ngħixu f’dinja sigura. 

Intant, fl-istess aġġornament, il-kap tal-programmi ta’ emerġenza tal-WHO, Mike Ryan qal li daqt jintleħqu l-ħames miljun każ, filwaqt li wissa biex in-nies ma jużawx il-mediċina għall-malarja, sakemm mhux għal kundizzjonijiet li hi approvata li tfejjaq bħal-lupus u l-artrite.

Sport