Monday, May 13, 2024

Malta ttenni li lesta tilqa’ laqgħat ta’ djalogu dwar il-Libja

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Ambaxxatur Malti għal-Libja, Charles Saliba reġa’ tenna li pajjiżna jinsab lest li jilqa’ xi laqgħat bejn il-partijiet fil-kunflitt tal-Libja biex jintleħaq ftehim li jwassal għall-waqfien tal-attakki. 

F’telefonata mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana, l-Ambaxxatur Malti qal li Malta hi kontra kull interferenza militari fil-Libja, filwaqt li insista li l-unika soluzzjoni hi li l-partijiet jirritornaw għad-djalogu taħt l-umbrella tas-summit ta’ Berlin. 

Saliba qal li meta wieħed jara lil-Libjani f’din is-sitwazzjoni hu ta’ swied il-qalb. Saħaq li Malta se tkunu l-aktar pajjiżi Ewropew li se jiġi affettwat minn dan il-kunflitt, minħabba l-pożizzjoni ġeogrrafika u minħabba r-rabtiet storiċi li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Hu qal li Malta m’għandha ebda aġenda fil-Libja, iżda tittama li tara l-paċi u l-istabilità. Saħaq li dan jista’ biss jinkiseb mil-Libjani nfushom. 

Ta’ min wieħed isemmi wkoll li l-istess ambaxxatur kien tkellem f’April li għadda biex jikkonferma l-appoġġ ta’ pajjiżna lejn il-poplu Libjan waqt dan il-kunflitt u waqt li għaddejja l-Coronavirus. Hu kien ukoll ikkundanna l-attakki militari fi Tripli, fosthom anke fuq faċilitajiet mediċi.

Sport