Wednesday, December 25, 2024

Il-Yachting Malta Coastal Race: Il-Preludju għar-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Yachting Malta, l-entita ddedikata għall-iżvilupp tal-industrija tal-ibburdjar u jottijiet, affermat mill-ġdid l-impenn tagħha lejn il-Yachting Malta Coastal Race, tellieqa tal-ibburdjar annwali, li spiss tissejjaħ il-“warm-up” għar-Rolex Middle Sea Race. L-2023 timmarka 8 snin ta’ appoġġ għat-tellieqa li tenfasizza d-dedikazzjoni kontinwa ta’ Yachting Malta lejn l-ibburdjar. Dan l-impenn jkompli jssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Yachting Malta bħala kontributur importanti lejn il -komunità tal-jottijiet.

Din it-tellieqa għandha rwol kruċjali fejn tipprovdi opportunitajiet għall-ekwipaġġi biex jirfinaw il-manuvri tagħhom, jittestjaw it-tagħmir tagħhom, u jiffamiljariżżaw ruħhom mall-kundizzjonijiet lokali, ftit jiem qabel jimbarkaw għal waħda mill-aktar tiġrijiet impenjattivi offshore fid-dinja. Ħafna timijiet jaraw il-Yachting Malta Coastal Race bħala parti essenzjali mill-preparazzjoni tagħhom. Jottijiet bħall-dak mill-Afrika t’Isfel Hi Fidelity (2012) u t-Taljan Mascalzone Latino (2016) huma żewġ dgħajjes rinomati għas-suċċess tagħhom f’Malta – kemm fit-tellieqa kostali kif ukoll fit-tellieqa itwal offshore. Jottijiet oħra bħal I Love Poland (2020) komplew  biex rebħu l-Line Honours.

Ir-rappreżentanza internazzjonali hija sinifikanti, u l-opportunità li wieħed jtellaq fl-isfond tal-kosta pittoreska ta’ Malta u l-ilmijiet ċari daqs il-kristall hija meqjusa minn ħafna bħala opportunità li m’għandhiex tintilef. It-tellieqa ta’ din is-sena diġà attirat flotta ta’ aktar minn 40 jott, li jirrappreżentaw xi 15-il pajjiż. Störtebekker mill-Ġermanja, Warrior Won u Pyewacket 70 mill-Istati Uniti, Jackknife mir-Renju Unit, u Marina Rubicón / X-Odessa mill-Montenegro huma biss wħud mid-dgħajjes li se jkunu qed jesperjenzaw l-ibħra Maltin għall-ewwel darba. Chocolate 3 mill-Isvizzera ta’ Francois Bopp qed jerġa’ jieħu sehem, wara li dan il-jott spiċċat fuq il-podju s-sena l-oħra. Il-jott Amerikan Kiboko Tatu ta’ George Greer huwa jott ieħor li sab il-parteċipazzjoni tas-sena l-oħra ta’ benefiċċju. Magħhom jingħaqdu il-jott Franċiż Daguet-Corum 3 li ħa sehem fl-2021, kif ukoll Knyaz ta’ Andraz Szép u Leu ta’ Thierry Deseine.

Is-suċċess Malti f’din it-tellieqa ma kien xejn inqas minn notevoli. L-avveniment ra timijiet lokali jispikkaw b’mod konsistenti, fejn għamlu l-preżenza tagħhom tinħass fuq il-palk internazzjonali tal–ibburdjar – Elusive 2 tal-aħwa Podesta kien l-aktar tim prolifiku li wasal fuq il-podju tal-Yachting Malta Coastal Race, u rebaħ it-tellieqa darbtejn (2016, 2020)  u dehru regolarment fl-ewwel tliet postijiet għall-aħħar ħames snin. Dgħajjes oħra li inkitbu isimhom fuq it-trofew tar-rebbieħa kienu Calypso tal-familja Ripard (2022) u Otra Vez ta’ Aaron Gatt Floridia (2015), filwaqt li Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin kisbet it-tieni post fl-2022, Xpedite ta’ Nils Lindeman u Xp-Act ta’ Josef Schultheis. Kisbu t-tielet post fl-2016 u l-2017 rispettivament.

“Il-Yachting Malta Coastal Race tħejji t-triq għar-Rolex Middle Sea Race, fejn l-ekwipaġġi jibdew jgħamlu l-aħħar preparamenti fejn tiġi ppruvata l-ħila tal-baħrin, u tqabbad l-ispirtu tal-kompetizzjoni. Din it-tiġrija tinkorpora l-essenza tal-preparazzjoni, il-ħbiberija, u l-insegwiment tal-ogħla standards fl-ibburdjar.” – Martin Azzopardi, Uffiċjal tat-Tellieqa Yachting Malta Coastal Race.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta, Michael Mifsud, tkellem dwar il-fatt li Malta tinsab f’post ġeografiku ideali u semma l-kundizzjonijiet li jagħmluha destinazzjoni irresistibbli għall-baħrin primarjament minħabba l-kundizzjonijiet tar-riħ u l-iżbuħija tax-xenarju kostali tagħha.

“Yachting Malta tappoġġja l-Coastal Race minħabba li tagħqqad l-ispirtu ta’ preparazzjoni, tibni rabtiet u ħbieberija kif sservi bħala preludju għar-Rolex Rolex Middle Sea Race. Nemmnu fit-trawwim ta’ kultura ta’ eċċellenza, u din it-tellieqa, twitti t-triq biex il-baħrin jibdew l-odisseja Mediterranja tagħhom bil-ħiliet, il-kunfidenza, u l-għaqda li għandhom bżonn biex jirbħu l-ibħra miftuħa.” irrimarka Mifsud.

Il-Yachting Malta Coastal Race se tibda mill-Port ta’ Marsamxett fl-10.00 CEST nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru. Filgħaxija ssir serata tal-Għoti tal-Premjijiet u Riċeviment f’The Villa, San Ġiljan.

Ekonomija

Sport