Monday, September 28, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Plejer Irlandiż jallega abbuż razzjali minn partitarji ta’ Iżrael,...

UEFA Nations League: Plejer Irlandiż jallega abbuż razzjali minn partitarji ta’ Iżrael, iżda l-UEFA ma ħadet l-ebda azzjoni

0
62

Il-players tal-Irlanda allegaw li Adam Idah kien vittma ta’ abbuż razzjali minn partitarji Iżraeljani waqt il-partita tan-Nations League fl-Ungerija, li l-Irlandiżi rebħu bl-iskor ta’ 3-0.

Jayson Molumby qal lir-referee u lir-raba’ uffiċjal dwar l-għajjat li sema’ qabel il-mistrieħ, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni immedjata minħabba l-protokoll tal-UEFA. 

L-FAI issa qed tirrevedi l-filmati biex tistabbilixxi jekk hemmx evidenza tal-inċident u tista’ titlob investigazzjoni uffiċjali.

Intant, kien hemm ukoll tensjoni bejn il-players fiż-żona tat-tunnel wara l-logħba. Il-captain ta’ Iżrael, Manor Solomon, deher irrabjat għal kummenti minn xi players Irlandiżi u għall-fatt li xi wħud minnhom niżżlu rashom waqt l-innu nazzjonali Iżraeljan.

Wara l-partita, Solomon qal li t-team tiegħu se jfittex “vendetta” meta ż-żewġ nazzjonijiet jerġgħu jiltaqgħu fil-partita li jmiss, filwaqt li ammetta li hemm ostilità bejn iż-żewġ timijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here