Saturday, September 7, 2024

Ilkay Gundogan attirat minn offerta Sawdita

Aqra wkoll

Wara staġun ferm pożittiv fuq livell individwali, Ilkay Gundogan qed jara x’se jkun il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu, iġifieri jibqax ma’ Barcelona fejn qiegħed attwalment jew inkella jingħaqad ma’ xi tim ieħor. U pront waslet offerta mill-Arabja Sawdija hekk kif Al Sadd qed joffrulu salarju attraenti u kundizzjonijiet mill-aqwa.

L-eks plejer ta’ Manchester City u Borussia Dortmund qed jaħsibha x’għandu jagħmel f’dan l-istadju. Hu għandu 33 sena u matul l-istaġun li għadda lagħab 36 partita u skorja ħames gowls.

Ekonomija

Sport