Tfajla li ta’ ħmistax-il sena kienet dijanjostikata bil-kanċer
Rachel, ta’ ħmistax-il sena bdiet il-kimoterapija sabiex tibda t-triq ta’ fejqan mill-kanċer. Minkejja li dan ma kienx żmien faċli, kemm għaliha kif ukoll għal dawk ta’ madwarha għaliex bħala familja waħda kellhom jaffaċċjaw tbatija u sagriffiċċji kbar, hija baqgħet determinata li tegħleb din il-marda u tkompli bl-istudji tagħha. Id-determinazzjoni tagħha ħalliet il-frott mixtieq, hekk kif din is-sena Rachel gradwat fil-psikoloġija.
Rachel hija grata wisq għall-imħabba li ngħatat lilha u lil familtha minn Puttinu Cares: “Xi ħaġa li ma kontx qed nistenna hija l-imħabba u l-għaqda li familja tant ikbar kienet ser tkun qed tagħtina hekk kif Puttinu Cares ħaddnet fi ħdanha lil familti u għamlet minn kollox biex ittaffilna mit-tbatija”.
Hija tattribwixxi l-ġlieda tagħha kontra l-kanċer bħala rebħa li kisbu lkoll flimkien – hi, familtha u Puttinu: “Ilkoll flimkien irnexxejna hekk kif flimkien ikkumbattejna dan iż-żmien tant kiefer”.