Fueled Up Meet, li ta’ spiss torganizza avvenimenti tal-karozzi, illum fis-7:30 p.m fil-Parking tad-Diakoku fil-Marsa, se tkun qiegħda tfakkar il-memorja taż-żagħżugħ Dylan Axiak, li tilef ħajtu b’xokk elettriku.
F’messaġġ fuq Facebook ingħad li Dylan kien dilettant tal-karozzi u li fl-avveniment se titfakkar il-memorja taż-żagħżugħ, li kien iddiskrevut minn bosta bħala persuna dejjem bi tbissima.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għall-pubbliku u filwaqt li dawk li se jattendu huma mħeġġa li jiġu bil-karozzi tagħhom, huma imħeġġa wkoll sabiex magħhom jġibu ritratt ta’ Dylan u l-memorji li kellhom flimkien.
Intant, f’messaġġ fuq Facebook, Fueled Up Meet ħeġġu lil kull min se jattendi sabiex iġibu magħhom fjura ħalli jqegħduha fuq il-karozza tiegħu bħala ġieħ.