Il-grupp Malti li rebaħ il-Malta Eurosong, The Busker, fi ftit sigħat oħrajn se jkun qiegħed jitla’ fuq il-palk majestuż tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Liverpool.
Huma se jkunu qegħdin jirrapreżentaw lil Malta bil-kanzunetta “Dance (Our Own Party)”.
Illejla Malta se tkun qiegħda tkanta fit-tieni post fl-ewwel semi finali ta dan il-konkors.
Ilejla fuq il-palk tal-Eurovision se naraw 14-il pajjiż ieħor li huma in-Norveġja, is-Serbja, il-Latvja, il-Portugall, l-Irlanda, il-Kroazja, l-Iżvizzera, l-Iżrael, il-Moldova, l-Iżvezja, l-Ażerbajġan, ir-Repubblika Ċeka, l-Olanda u l-Finlandja.
Għaxra minnhom se jkunu qegħdin jgħaddu għal finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Talk.mt jawgura li The Busker l-akbar suċessi.