Tuesday, April 30, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma sentenza ta’ ħtija wara li ġidem sider is-sieħba tiegħu u abbużaha sesswalment

Aqra wkoll

L-Imħallef Neville Camilleri li ppreseda l-Qorti tal-Appell ikkonferma s-sentenza ta’ seba’ xhur ħabs sospiżi għal sena lil Charles Zahra wara li f’Ottubru tas-sena li għaddiet kien instab ħati li fl-2017 gidem lis-sieħba tiegħu u anke abbużaha sesswalment

Il-każ kien seħħ fil-25 ta’ Mejju tal-2017 fi Triq il-Madonna tal-Ġebla, il-Gżira. Skont dak li xehdet il-vittma, il-każ seħħ wara argument li kellhom flimkien. Hi qalet li Zahra kien kaxkara lejn il-post tagħhom, imbuttaha fuq is-sufan u abbużaha sesswalment.

FIx-xhieda tagħha qalet ukoll li s-sieħeb ta’ dak iż-żmien kien gidmilha sidirha u qabel ma telaq mid-dar qabad lasta ta’ xkupa u tah daqqa biha fuq żaqqa.

Fl-appell tiegħu Zahra qal li l-vittma kienet ilha f’relazzjoni miegħu għal madwar 20 sena u waqt il-proċess tal-qorti tat verżjonijiet differenti ta’ kif ġraw l-affarijiet.

Ilment ukoll li fil-Qorti kellhom jinstemgħu aktar xhieda, iżda għal xi raġuni dawn qatt ma tressqu.

Il-Qorti tal-Appell żammet sod mal-Ewwel Qorti u kkonferma l-ħtija u anke s-sentenza. Zahraġie ordnat iħallas €530 fi spejjeż tal-Qorti u nħarġitlu wkoll ordni ta’ trażżin għal sentejn.

Sport