Thursday, May 16, 2024

“Ejjew ningħaqdu flimkien bħala poplu wieħed f’din il-ġimgħa ta’ festa u ċelebrazzjoni għall-isport Malti” – Kevin Azzopardi

Aqra wkoll

Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), li f’din l-intervista, fost oħrajn jagħti l-aħħar dettalji li qed jagħmel dan il-Kumitat, sabiex l-edizzjoni li ġejja tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li se tkun qed issir proprju f’pajjiżna, tkun tabilħaqq suċċess.

X’inhuma l-aħħar prepa- ramenti li qiegħed jagħmel il-Kumitat Olimpiku Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż- Żgħar?
Preparazzjoni intensiva li issa ilha għaddejja xhur sħaħ. Ovvjament, nippruvaw nantiċipaw kull dettall pos- sibbli f’organizzazzjoni bħal din, kemm fl-aspett tekniku kif ukoll minn dak loġistiku u dak ta’ organizzazzjoni. Naħseb li qegħdin tim b’saħħtu ta’ nies li kulħadd għandu l-‘area of expertise’ tiegħu u ninsab konvint li flimkien qegħdin ngħaqqdu l-isforzi kollha biex matul din il-ġimgħa ta’ logħob, inkunu qed nagħmlu reklam mill-isbaħ għal pajjiżna u naturalment, jalla jaslu wkoll ir-riżultati.

Dan huwa l-aqwa Team Malta ta’ kull żmien?
Mill-aspett tekniku naħ- seb li għandna atleti ta’ kwalità tajba b’esperjenza inter- nazzjonali b’saħħitha wkoll. Ovvjament, jekk huwiex l-aqwa Team Malta ta’ kull żmien, inkunu nafuh kif jgħaddu l- logħob, għaliex jekk inkunu wasalna f’pożizzjoni li qatt ma konna wasalna għaliha qabel, allura, bix-xieraq li dan it-tim Malti jkun jistħoqqlu t-titlu tal-aqwa tim Malti ta’ kull żmien!


Jekk ikolli nsemmilek iċ- ċifra ta’ 20 midalja tad-deheb minn Team Malta, x’tikkummenta?
Ħa ngħidlek, l-isport huwa imprevedibbli ħafna. Il-kalkoli tista’ tagħmilhom
kemm trid, bħalma nagħmluhom aħna fuq kollox, naturalment ikollok dawk l-ep- isodji, fejn int tantiċipa li se tmur tajjeb ħafna, u forsi jfallilek għal ftit.

Ikollok ukoll is-sorpriżi mill-banda l-oħra. Il-fatt illi l-logħob ilhom ma jsiru erba’ snin u mhux sentejn bħas-soltu, dak jagħmel l-affarijiet iktar diffiċli biex tantiċipa għaliex ma tkunx taf pajjiżi oħrajn fejn waslu eżatt.

Allura, naħseb li dan fl-istadju jekk insemmu ċifra, ma nkunux qed inkunu prudenti, u allura tajjeb illi nkomplu niffukaw fuq l-enerġiji kollha tagħna sabiex inwasslu lill-atleti tagħna sal-finish line bl-aħjar mod possibbli.

M’hemmx dubju li r-riżorsi fejn se jkunu qed jikkompetu l-atleti jistgħu jiġu deskritti bħala tal-ogħla livell…

M’hemmx dubju. Dan huwa rekord illi fejn qa- bel forsi semmejna li forsi rridu nistennew il-logħob biex jgħaddu u nagħmlu s-somom, però, fejn jidħol l-investiment, żgur li dan huwa rekord. Dawn huma fatti. L-investiment min-naħa tal-Gvern Ċentrali huwa bla preċedent.

Biss biss €5 miljun għall-preparazzjoni teknika tal-atleti tagħna, u meta tieħu s-somma globali tal-investiment li sar fil-faċil- itajiet li mhux biss se jkunu qed jintużaw fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar, imma anke faċilitajiet oħrajn li se jkunu qed jinbnew bis-saħħa tal- legat ta’ dan il-logħob, l-ammont jitla’ għal madwar €60 miljun. Naħseb li kulħadd jaqbel illi dan huwa investi- ment bla preċedent!

Nitolbok tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lill-pubbliku ġenerali Malti biex jattendi bi ħġaru għal dan il-Logħob.

L-atleti tagħna għamlu l- biċċa tagħhom. Aħna bħala Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Organizzativ tal- Logħob, qegħdin nagħmlu l-parti tagħna… jonqos żgur li lill-atleti tagħna, nagħtuhom l-appoġġ kollu f’dik il-ġimgħa tant importanti għalihom.

U allura l-appell tiegħi huwa wieħed- ejjew noħorġu bi ħġarna minn djarna, mill-iskejjel tagħna, mill-uffiċini tagħna, biex verament ningħaqdu flimkien bħala poplu wieħed f’din il- ġimgħa ta’ festa u ċelebrazzjoni għall-isport Malti!

Sport