Wednesday, December 25, 2024

Illiberat b’kundizzjoni wara li nstab ħati li kisser mera ta’ karozza

Aqra wkoll

Kurt Pace ta’ 36 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li nstab ħati li kisser mera ta’ karozza.

Hu kien akkużat quddiem il-Maġistrat Simone Grech li wettaq dan ir-reat fi Triq l-Isqof Scuclina f’Ħal Qormi. Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied u li hedded mara u raġel.

Fix-xhieda tagħha, il-mara li sfat bil-mera tal-karozza mkissra xehdet li kienet rat hi stess lil Pace jkissrilha l-mera tan-naħa tax-xufier. Xehdet ukoll li hu ma għajjarhiex u lanqas ma heddidha.

Dwar il-valur tal-ħsara li wettaq, il-Qorti xehdu żewġ persuni li wieħed qal li l-ammont kien ta. €941 u ieħor jgħid li viċin id-€900.

Il-Maġistrat Grech qalet li minħabba li ma kellhiex l-ammont preċiż ta’ kemm kienet il-ħsara ma kinitx se tordna lil Pace biex iħallas għad-danni.

Fl-istess waqt irrimarkat li dwar dan tista’ tittieħed azzjoni ċivili.

Ekonomija

Sport