Thursday, July 25, 2024

Ir-Re Karlu III jirringrazzja lill-pubbliku tal-appoġġ wara li sar magħruf li għandu kanċer

Aqra wkoll

Ir-Re Karlu III irringrazzja lil dawk kollha li awgurawlu fejqan ta’ malajr u li tawh l-appoġġ tagħhom wara li sar magħruf li huwa qed ibati mill-marda tal-kanċer.

Fi stqarrija, huwa qal: “Bħalma jafu dawk kollha li jkunu affettwati mill-kanċer, ħsibijiet bħal dawn huma ta’ faraġ kbir u inkoraġġiment.”

Ir-Re qed jingħata l-kura b’rabta ma’ kanċer – li sa issa għadu ma ntqalx eżatt f’liema parti – u bħalissa qed jogħod f’Sandringham. Il-kanċer tiegħu nstab waqt li kien qed jiġi rikoverat fi sptar għal testijiet tal-prostata li ġew rakkomandati mit-tobba tiegħu.

Fil-messaġġ tiegħu ta’ ringrazzjament, ir-Re Karlu III kiteb: “Huwa daqstant inkoraġġanti li nisma’ kif din l-aħbar wasslet għal aktar għarfien fost il-pubbliku u tagħti dawl akbar fuq il-ħidma li jagħmlu dawk l-organizzazzjonijiet kollha li jappoġġjaw lll-pazjenti bil-kanċer u l-familji tagħhom madwar ir-Renju Unit u anke madwar id-dinja.”

“L-ammirazzjoni tiegħi tul il-ħajja għall-kura d-dedikazzjoni bla heda tagħhom hija akbar bħala riżultat tal-esperjenza personali tiegħi stess,” huwa tenna jgħid.

Ekonomija

Sport