Il-Jum Dinji tal-Għalliema jiġi ċċelebrat proprju llum. F’dan il-jum nonoraw lill-għalliema u lill-organizzazzjonijiet tal-għalliema tal-kontribut li jagħtu biex jgħallmu lit-tfal.
L-edukazzjoni hija tassew l-aktar għodda qawwija tagħna, u għalhekk huwa importanti ħafna li niċċelebraw dan il-jum ddedikat għalihom. Dan għaliex dawn jiffaċilitaw it-tagħlim u jxerrdu l-għarfien.
Il-Jum Dinji tal-Għalliema kiber fil-popolarità matul l-aħħar għaxar snin hekk kif in-nies madwar id-dinja kollha jżidu l-isforzi biex jiżguraw li tingħata edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità għal kulħadd, u biex jippromwovu opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja madwar id-dinja.