Tuesday, September 29, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Rebħa kbira mill-Italja fit-Turkija

UEFA Nations League: Rebħa kbira mill-Italja fit-Turkija

0
57

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni ġurnata tal-UEFA Nations League, l-Italja serqu x-xena meta barra minn darhom għelbu lit-Turkija bl-iskor ta’ 4-1, b’wirja mill-aktar impressjonanti biex pattew għat-telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra l-Belġju.

Huma fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta mill-corner ta’ Ruggeri, id-difensur Zeki Celik naqas li jikklerja biex Alessandro Bastoni venven xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka. B’hekk id-difensur ta’ Inter kellu ritorn brillanti meta ilu barra mill-iskwadra Taljana mindu tkeċċa fil-play-off tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Bosnja, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1, bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1, fil-31 ta’ Marzu. 

Fit-22 minuta, l-Azzurri rdoppjaw meta azzjoni li fiha kienu nvoluti Sebastiano Esposito, Giacomo Raspadori, Michael Kayode u Davide Frattesi, spiċċat b’dan tal-aħħar jixħet fir-rokna tax-xibka. 

U ħames minuti wara, skorjaw it-tielet goal meta Espo­sito xeħet through-pass lejn  Michael Kayode li avvanza u għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Altay Bayindir.

Wara dan il-goal, il-partitarji Torok bdew jibbuwjaw u jkantaw biex id-direġenti tal-FA Torka flimkien mal-coach, it-Taljan Vincenzo Montella, jirriżenjaw minnufih. 

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, it-Turkija naqqsu l-marġni tal-iskor meta Baris Yilmaz xeħet f’lasti vojta mill-pass ta’ Oguz Aydin.

Peró, fil-50 minuta, it-Taljani reġgħu fetħu vantaġġ ta’     tliet goals b’xutt imdawwar ta’ Alessandro Tonali minn tarf il-kaxxa. 

Wara dan il-goal, l-Azzurri baqgħu jikkontollaw l-andament tal-logħba sat-tmiem. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here