It-28 ta’ Frar jimmarka l-Jum Dinji tal-Mard Rari, ġurnata ddedikata bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar il-miljuni ta’ nies madwar id-dinja li jgħixu b’kundizzjonijiet rari.
Illum, kulħadd jinsab f’solidarjetà mal-individwi u l-familji tagħhom li għaddew jew għadhom għaddejjin sal-ġurnata tal-lum, jaffaċċjaw ir-realtajiet tal-mard rari, kundizzjonijiet li ħafna drabi huma kumplessi, tul il-ħajja.
Il-mard rari jista’ jaffettwa l-organi u sistemi differenti fil-ġisem u kundizzjoni tvarja ħafna minn persuna għal oħra. Xi individwi jiffaċċjaw sfidi mediċi kontinwi bħal aċċessjonijiet, differenzi fl-iżvilupp, problemi ta’ mobilità, jew il-ħtieġa għal kura u appoġġ kontinwi.
Għal ħafna familji, il-ħajja ta’ kuljum teħtieġ paċenzja, reżiljenza, u saħħa.

