L-ammont ta’ voti mhux miġbura għall-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir illum ammontaw għal xejn inqas minn 15,312. Dan ifisser li għal din l-elezzjoni, 95.7% tal-voti eleġibbli nġabru filwaqt li 4.3% baqgħu mhux miġbura.
Meta wieħed iqabbel dan mar-riżultat tal-2022, fejn il-voti mhux miġbura kienu jammontaw għal 4.0%, naraw żieda żgħira ta’ 0.3 punti perċentwali fl-2026. Dan ifisser li, għalkemm il-maġġoranza assoluta tal-voti nġabru, kien hemm żieda żgħira fil-persentaġġ ta’ voti mhux miġbura meta mqabbel mal-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
Fejn dehru l-akbar differenzi?
Il-Prof. Vincent Marmarà spjega li l-akbar żidiet fil-persentaġġ ta’ voti mhux miġbura dehru f’𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟭, 𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟴 𝘂 𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟭𝟭, fejn kull wieħed irreġistra żieda ta’ madwar 0.6 punti perċentwali.
Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis deher f’𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟯, 𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟰 𝘂 𝗗𝗶𝘀𝘁𝗿𝗲𝘁𝘁 𝟭𝟯, fejn il-persentaġġ ta’ voti mhux miġbura naqas b’madwar 0.2 punti perċentwali.

