Saturday, May 4, 2024

“Illum inħarsu lejn il-post fejn twieled il-Bambin bi dwejjaq kbar”

Papa Franġisku waqt l-Urbi et Orbi tal-Milied

Aqra wkoll

Hekk kif kien qiegħed jindirizza l-Urbi et Orbi fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, Papa Franġisku qal li “llum inħarsu lejn fejn twieled il-bambin bi dwejjaq kbar”.

Quddiem eluf kbar ta’ pellegrini, Papa Franġisku qal li “l-Bambin twieled għad-dinja kollha u mhux għal post wieħed biss.”

Hu beda il-messaġġ tiegħu billi qal “din hija aħbar tajba… ta’ ferħ kbir” filwaqt li tenna t-twemmin tal-Knisja Kattolika li Alla tant kemm hu mħabba li uża l-poteri tiegħu biex jibgħat lil ibnu l-waħdieni bħala persuna.

Papa Franġisku qal li l-Bambin mhux qiegħed jipponta subgħajh lejk, iżda qiegħed joffri l-id żgħira tat-twelid tiegħu biex jeħilsek minn kull biża, biex jeħilsek minn kull dwejjaq u biex jurik li inti tiswa aktar minn kull ħaġ’oħra.

Tkellem ukoll dwar il-qtil tal-innoċenti, u fakkar f’ħafna Bambini li qegħdin jinqatlu fil-ġuħ tal-omm minħabba l-abort, lil dawk kollha li qegħdin ifittxu t-tama, u lil dawk kollha li t-tfjulija tagħhom ma baqgħetx tfulija minħabba l-kruha tal-gwerra.

F’messaġġ meqjus bħala wieħed qawwi ħafna, Papa Franġisku ddikjara li kulħadd għandu jgħid iva għal paċi u le għal gwerra… “kull gwerra tħalli l-vittmi fejn dawn ħafna drabi lanqas biss ikollhom x’jaqsmu mal-gwerra.”

Ma setax jonqos li jitkellem dwar il-gwerra li għaddejja bejn il-Hamis u Iżrael fejn Papa Franġisku sostna li b’mod immedjat għandha tieqaf il-gwerra bejn dawn iż-żewġ popli. Hu offra l-konsolazzjoni tiegħu lil poplu tal-Meddda ta’ Gaza b’mod partikolari lill-komunitajiet Kristjani li hemm fiż-żona. Tenna li juri sogħba kbira mal-vittmi tal-attakki li seħħew fis-7 ta’ Ottubru kif ukoll ħeġġeġ lill-grupp Hamas biex b’mod immedjat jeħles l-ostaġġi kollha li għandu miżmuni.

Sport