Wednesday, December 25, 2024

Illum issir il-45 edizzjoni tal-Middle Sea Race

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest għall-45 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. 

Dawk li jżuru l-Belt Valletta u t-Tliet Ibliet illum, se jgawdu ħafna aktar minn sempliċi festa viżiva ta’ aktar minn 100 jott tat-tlielaq internazzjonali, li se jitilqu mill-Port il-Kbir għall-ħabta tal-11.00 am, hekk kif jibdew is-607 mil nawtiku. 

Il-jottijiet parteċipanti hu­ma mgħammra bi tracking unit li jippermetti li l-progress tal-flotta madwar il-korsa li jiġi segwit mix-xatt.

Ir-rotta hija mill-Port il-Kbir – Capo Passero – il-Kanal ta’ Messina – Stromboli – Favignana – Pantelleria – Lampedusa – Kemmuna – Port ta’ Marsamxett. 

It-tellieqa ddum madwar jumejn u nofs. 

Ekonomija

Sport