Tuesday, December 3, 2024

Illum it-team nazzjonali tan-Nisa jilgħab kontra l-Ungerija

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti tan-nisa mmexxi mill-coach, Manuela Tesse, jilgħab it-tieni partita internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-Ungerija, fis-Centenary Stadium. 

Din se tkun it-tieni laqgħa bejn dawn iż-żewġ timijiet wara li l-Ġimgħa li għadda, f’partita bil-bibien magħluqa, l-Ungeriżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, bil-goal tal-Maltin jasal minn Haley Bugeja. 

Il-coach Tesse qed tieħu dan il-konfront b’serjetá kbira hekk kif jibdew il-preparamenti għall-Grupp C2 tal-UEFA Nations League kmieni s-sena d-dieħla. 

Malta ttellgħet biex tilgħab kontra  Ċipru, Georgia u Andorra.

Tesse se tkun qed tevalwa numru ta’ players li eventwalment tkun tista’ tinkludi f’dan il-logħob tant importanti bħal Giulia D’Antuono u Abigail Camilleri li ngħataw id-debutt. 

Min-naħa tal-Ungeriżi, dawn jinsabu fis-46 post fir-rankings tal-FIFA. It-team huwa mmexxi minn Alexandra Szarvas li għandha biss 32 sena u li sa ftit tax-xhur ilu kienet tifforma parti mill-istess team nazzjonali.

Matul din is-sena, l-Ungeriżi kienu involuti f’10 logħ­biet, tmienja minnhom logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2025.

Fl-aħħar tliet partiti huma sofrew tliet telfiet – kontra t-Turkija (4-1) u kontra l-Iskozja (1-0, 4-0). 

Il-logħba tibda fis-2.00 pm u se tintwera diretta fuq TVM Sports+

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport