Illum jingħata bidu għall-Premier League Ingliż bil-logħba li se tiftaħ l-istaġun hija dik bejn Manchester United u Fulham li se ssir f’Old Trafford biż-żewġ timijiet se jkollhom xi wċuh ġodda mill-istaġun li għadda li ra lill-United itemmuh fit-tmien post u jagħlquh bil-kbir meta rebħu l-FA Cup kontra Manchester City.
Minn dak in-nhar it-team ta’ Erik ten Hag kiseb xi players ġodda fosthom id-difensuri Matthijs de Ligt u Noussair Mazraoui mingħand Bayern Munich li t-tnejn kienu jilagħbu taħtu ma’ Ajax fl-Olanda.
Huma kisbu wkoll lill- attakkant Joshua Zirkzee mingħand Atalanta, iżda mhux mistenni jilgħab bħal Rasmus Hojlund, Tyrell Malacia u Victor Lindelof.
Min-naħa tal-Cottagers, il-manager Marco Silva, għamel xi akkwisti bħal Jorge Cuena mingħand Villarreal, Emile Smith Rowe mingħand Arsenal u Ryan Sessegnon mingħand Tottenham għalkemm tilef lid-difensur Toisin Adarabioyo li mar ma’ Chelsea u Joao Palhinha li sieħeb lil Bayern Munich.