Saturday, December 21, 2024

Illum jirritorna l-Parlament wara l-btajjel tas-sajf… L-Ispeaker se jagħti tliet rulings fil-bidu tas-seduta

Aqra wkoll

Illum se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament wara l-btajjel tas-sajf, bis-sedu­ta parlamentari tal-lum se tkun waħda impenjattiva ferm tant li filbidu tas-seduta se jingħataw tliet rulings mill-Ispeaker tal-Kamra tarRapp­reżentanti Anġlu Farrugia filwaqt li se jkun hemm diversi temi oħra fuq l-aġenda

Ir-rulings kienu ntalbu flaħħar seduta tal-15 ta’ Lulju 2024. Tnejn minnhom, mitluba mid-Deputati Nazzjonalisti David Agius u Alex Borg, huma dwar il-mistoqsijiet parlamentari u ruling ieħor li ntalab mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott huwa dwar artiklu li deher fil-midja li jirrigwardja d-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċ b’rabta mal-ElectroGas.

Fis-seduta parlamentari tal-lum se jsir l-ewwel qari ta’ diversi Abbozzi ta’ Liġijiet
fosthom biex isiru emendi flAtt dwar is-Servizzi Postali, fl-Att dwar l-Awtorità għatTrasport sabiex jipprovdi setgħat u l-funzjonijiet fir-rigward tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u fl-Att dwar l-Estradizzjoni.

Se jkun hemm ukoll l-Ewwel Qari ta’ dawn l-Abbozzi;

L-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta u l-Att
dwar il-Ġustizzja Riparatriċi sabiex ikunu introdotti diversi miżuri fir-rigward taċ-ċertifikati tal-kondotta u r-rijabilitazzjoni ta’ persuni fis-soċjetà, l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar is-Saħħa,

L-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi u l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali.

Fost affarijiet oħra se jkun hemm mozzjoni biex il-Kamra tirriżolvi li l-Onor. Ian
Borg, bħala Kap tal-Kamra, jinħatar membru tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra minflok l-Onor. Owen Bonnici li kien nominat fuq l-istess Kumitat permezz tal-Mozzjoni 259 mgħoddija fis-Seduta 244 tal-10 ta’ Ġunju 2024.

Se jkun hemm mozzjonijiet oħra dwar is-sostituzzjoni ta’ membru fil-Kumitat
Permanenti dwar il-Privileġġi u fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u sostituzzjoni temporanja ta’ membru parlamentari fid-delegazzjoni għall-IPU.

Fl-istadju tat-Tieni Qari se jkun hemm id-diskussjoni fir-rigward tal-Abbozz ta’
Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali u l-Abbozz ta’ Liġi dwar isSwieq tal-Kriptoassi.

Ekonomija

Sport