Monday, May 13, 2024

Illum jittellgħu l-poloz  tal- Euro 2024

Aqra wkoll

Illum, fis-6.00 pm, f’Hamburg, il-Ġermanja, il-pajjiż ospitu tal-Euro 2024, se jittellgħu l-poloz tal-Fażi Finali li se tkun komposta minn 24 team. Dan it-tournament se jintlagħab mill-14 ta’ Ġunju sal-14 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.

S’issa 21 team huma magħrufa fejn it-tlieta l-oħra jikkwalifikaw wara li jintlagħbu s-semi-finali u l-finali tal-Play-Offs, f’Marzu li ġej.

It-timijiet involuti huma: Polonja, Estonja, Finlandja, Ukrajna, Islanda Iżrael, Bosnja, Georgia, Kazakhstan, Greċja, Lussemburgu u Wales.

Il-finalisti fil-poloz se jkunu mqassma f’erba’ pots biex ikunu magħrufa sitt gruppi ta’ erba’ timijiet-il wieħed.

It-timijiet huma kklassifikat f’din l-ordni:

Pot 1: Ġermanja, Portugall, Franza, Spanja, Belġju, Ingilterra.

Pot 2: Ungerija, Turkija, Rumanija, Danimarka, Albanija, Awstrija.

Pot 3: Olanda, Skozja, Kroazja, Slovenja, Slovakkja, Repubblika Ċeka

Pot 4: Italja, Serbja, Svizzera, u t-tliet teams li se jirbħu l-finali tal-Play-Offs

Sport