Il-poloz tal-FIFA World Club Cup 2025 se jittellgħu llum il-Ħamis, fis-1.00 pm f’Miami (7.00 pm ħin ta’ Malta) bl-aqwa tmien seeds huma maqsumin bejn erba’ timijiet mill-Ewropa u erbgħa mill-Amerika t’Isfel.
Il-format il-ġdid u estiż għall-kompetizzjoni se jkollu 32 team minn madwar id- dinja li se jiltaqgħu fit-tournament fl- Istati Uniti mill-15 ta’ Ġunju sat-13 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.
B’kollox se jkun hemm tmien gruppi ta’ erba’ timijiet f’kull wieħed bl-aqwa tnejn minn kull grupp jgħaddu għall-fażi tan- knockout.
L-erba’ pots se jkollhom dawn it-timijiet:
POT 1: Manchester City (Ingilterra), Real Madrid (Spanja), Bayern Munich (Ġermanja), Paris Saint-Germain (Franza), Flamengo (Brażil), Palmeiras (Brażil), River Plate (Arġentina), Fluminense (Brażil).
POT 2: Chelsea FC (Ingilterra), Borussia Dortmund (Ġermanja), Inter (Italja), Porto (Portugall), Atletico Madrid (Spanja), Benfica (Portugall), Juventus (Italia), RB Salzburg (Awstrija).
POT 3: Al Hilal (Arabja Sawdija), Ulsan (Korea t’Isfel), Al Ahly (Eġittu), Wydad (Marokk), Monterrey (Messiku), Club Leon (Messiku), Boca Juniors (Arġentina), Botafogo (Brażil).
POT 4: Urawa Red Diamonds (Ġappun), Al Ain (Emirati), Esperance Sportive de Tunisie (Tuneżija), Mamelodi Sundowns (Afrika t’Isfel), CF Pachuca (Messiku), Seattle Sounders (Stati Uniti), Auckland City FC (New Zealand), Inter Miami (Stati Uniti).