Saturday, May 4, 2024

Illum joħroġ rapport dwar ir-ripatrijazzjoni tal-immigranti

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, il-Qorti tal-Awdituri se tkun qed toħroġ rapport dettaljat li fih se jkunu eżaminati ir-ripatrijazzjonijiet ta’ immigranti lejn pajjiżi terzi. Ir-rapport se jkun qed jeżamina jekk dak li twettaq mill-pajjiżi Ewropej kienx effettiv u effiċjenti.  Kollox jindika li r-rapport se jkun qed jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet. 

Il-kwistjoni tar-ripatrijazzjonijiet ilha tiġi diskussa mill-Unjoni Ewropea, li l-politika tagħha baqgħet waħda ibbażata fuq dik ta’ fortizza Ewropea li tibni ħitan biex twaqqaf immigranti milli jaslu għandha.

Ta’ min jgħid li xhur ilu, il-Kummissjoni Ewropea kienet ħabbret li trid ripatrijazzjoni ta’ malajr  ta ‘migranti, kollaborazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi ta ‘oriġini u transitu u mekkaniżmu għal rilokazzjoni obbligatorja meta jkun hemm bżonn.

Il-pjan il-ġdid li kien tħabbar mill-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar tal-migrazzjoni kien talab ripatrijazzjoni mgħaġġla tal-immigranti, kollaborazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-oriġini u t-tranżitu, u “solidarjetà” mandatorja mal-UE kollha. 

Il-pjan kien talab ukoll proċeduri mnaqqsa biex jaċċelleraw ir-ripatrijazzjoni ta ‘dawk mingħajr dritt li jibqgħu fl-UE. Din hija miżura li kellha timxi id f’id mal-kollaborazzjoni mal-pajjiżi ta ‘oriġini u transitu tal-migranti, kemm f’termini tal-ġlieda kontra netwerks li jorganizzaw il-migrazzjoni klandestina kif ukoll f’termini ta’ ftehimiet biex jiġu aċċettati.

Sport