Illejla tiġi fi tmiemha l-kampanja elettorali ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li ġej.
Il-Kummissjoni Elettorali tappella sabiex kull min għadu ma ġabarx id-dokument tal-vot tiegħu, jista’ jagħmel dan sa mhux aktar tard mil-lum f’nofsillejl. Id-dokument jista’ jinġabar mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar jew mill-uffiċċju tal-istess Kummissjoni fir-Rabat Għawdex.
Mingħajr id-dokument tal-vot, l-ebda persuna ma tista’ teżerċita d-dritt tal-vot dakinhar tal-elezzjoni.