Sunday, December 22, 2024

Illum niċċelebraw il-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kull suwiċidju huwa traġedja u ġerħa soċjali li tħalli effetti negattivi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-qraba tal-persuni li daħlu fi kriżi tant serja li waslu biex neħħew ħajjithom b’idejhom iħossu t-telfa ta’ dawn l-għeżież doppja u jqattgħu il-bqija ta’ ħajjithom b’dieqa u ħafna mistoqsijiet.

L-10 ta’ Settembru huwa l-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju li huwa l-quċċata ta’ kampanja twila ġimgħa li fiha l-għan ewlieni huwa li jiżdied l-għarfien u tissaħħaħ aktar il-ħidma għall-prevenzjoni tas-suwiċidju. 

It-tema ta’ din is-sena hija li “Noħolqu t-Tama permezz tal-Azzjoni” għax fejn hemm tama hemm possibbiltà. Il-Crisis Resolution Malta tappella biex kulħadd isir membru tat-tim billi jisma’ u jgħin lil dawk il-persuni li jkunu fi kriżi. 

Barra minnhekk, fit-8.00 tal-lejla l-poplu Malti u Għawdxi huwa mistieden jixgħel xemgħa maġenb tieqa biex nuru l-appoġġ tagħna għall-prevenzjoni tas-suwiċidju, infakkru t-telfa ta’ xi ħadd minħabba dan l-att estrem u bħala sostenn għal dawk li ppruvaw ineħħu ħajjithom imma baqgħu ħajjin.

Kull min jinsab fi kriżi serja jew jaf persuni li qegħdin jikkontemplaw li jtemmu ħajjithom jista’ jċempel lil Crisis Resolution Malta 24/7 fuq 9933 9966. Servizzi oħra huma l-KriżiApp kif ukoll il-paġna tagħhom fuq il-Facebook.

Ekonomija

Sport