Friday, April 26, 2024

Ilma ta’ funtana f’Bormla jifforma bħal xbieha ta’ mara

Aqra wkoll

Post akkumpanjat minn ritratt li bħalissa qed jiċċirkola fuq facebook qanqal kurżitajiet kbar sa wassal anki biex l-immaġinazzjoni tiġri b’ħafna nies. F’dan il-post tidher funtana f’Bormla fejn l-ilma’ tagħha jispara ‘l fuq ħa x-xbieha ta’ mara li bosta kienu dawk li fissru dan il-fenomenu bħala dehra oħra tal-Madonna.

Dwar dan kienu ħafna li kkummentaw saħansitra kien hemm min fisser dan bħala illużzjoni. Oħrajn qalu li dak huwa sinjal mill-Verġni Mqaddsa li trid xi ħaġa mill-poplu Malti iżda kienet il-frażi Amen li spikkat l-iktar fost il-kummenti.

Waħda mill-persuni li kkummentaw qalet li meta tidher il-Madonna tkun trid twassal messaġġ. Għal dan irreaġixxiet persuna oħra li sostniet illi li kieku veru l-Madonna trid twassal messaġġ taqbad u twasslu u mhux tistenna lil xi ħadd jiġbed ritratt ta’ funtana u jimmaġina li ra l-Madonna. Ħaddieħor qal li Alla Hu divin u xejn ma hu mpossibbli għaliĦ.

Kien x’kien dan il-fenomenu, mhux biss wera d-devozzjoni kbira li ħafna Maltin għandhom lejn il-Madonna imma wera wkoll kemm moħħ il-bniedem jista jkun manipulat mill-fantasija li jwasslu biex jimmaġina u jara anki dak li ma jkunx realtà.

Sport