Saturday, December 21, 2024

Imfakkra f’Għawdex il-pulizija li mietu

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Novembru hu ddedikat biex niftakru fl-għeżież tagħna li l-Mulej għoġbu jsejħilhom fi ħdanu. Matul il-jum tal-Ġimgħa, fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija tar-Rabat, Għawdex, li jinsab fil-limita tax-Xewkija inżamm l-appuntament annwali fejn ġiet iċċelebrata quddiesa fil-kappella ewlenija ta’ dan iċ-ċimiterju mil-kappillan tad-distrett tal-pulizija Dun John Vella megħjun minn Dun Raymond Bonnici OFM Cap., Kappillan tal-kor tal-pulizija biex tfakkar lil dawk li kienu membri fil-Korp u m’għadhomx magħna.

Għal din iċ-ċerimonja qasira, fost dawk preżenti kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizja Angelo Gafà, fejn ma’ membri oħra tal-Korp imdawrin mal-qabar sar talb għal ħutna mejtin sar ukoll it-tberik u tpoġġew kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-Korp tal-pulizija.

Ekonomija

Sport