Saturday, October 26, 2024

Imħabbar il-Kontingent Malti  għal-Logħob tal-Pajjżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) illum ħabbar l-ismijiet tal-kontinġent Malti li se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fid-XIX Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) f’Malta. Mid-29 ta’ Mejju, Malta se tkun rappreżentata minn taħlita ta’ atleti b’esperjenza u rebħ ta’midalji fl-Logħob preċendenti kif ukoll atleti iżgħar li ser jiddebuttaw fil-GSSE.

Waqt li ħabbret l-iskwadra Maltija, id-Direttur Sportiv tal-KOM Charlene Attard, iddeskriviet il-proċess ta’ tħejjija u għażla teknika li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur biex jiġi żgurat li l-atleti li jiffurmaw parti mit-tim Malti jkunu f’forma eċċellenti. Dan kien ikkonfermat mir-riżultati pożittivi reġistrati minn atleti magħżula f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali f’dawn l-aħħar jiem.

“Atleti li kienu qed jikkompetu għal posthom fit-Team Malta ħadmu ħafna biex jiksbu din is-sejħa tant mistennija. Il-preparazzjoni tagħhom kienet metikoluża u ppjanata tajjeb u nistennew bil-ħerqa li fil-ġimgħat li ġejjin naraw ir-riżultati tal-prerparamenti intensivi tagħhom” irrimarkat Attard.

Fost l-atleti li jilbsu l-uniformi Maltija, fl-aħħar tax-xahar, hemm ir-rebbieħa tal-midalja tal-Logħob tal-Commonwealth, tal-Mediterran, u tal-European Youth Olympic Festival,  Katryna Esposito (Judo), Elaine Genovese u Francesca Curmi (Tennis), u Matthew Galea Soler (Atletika) rispettivament. Jingħaqdu magħhom diversi rebbieħa tal-midalji tal-GSSE tal-passat li qed jikkompetu biex iżidu l-ammont tal-midalji tagħhom ġewwa darhom.

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li għall-ewwel darba, Malta se tkun qed tadotta l-kunċett ta’ Team Captain. L-iskop ta’ dan ir-rwol huwa li din il-persuna jispira u jmexxi kif ukoll jappoġġa lill-membri tal-kontinġent meta jkun meħtieġ. Dan l-unur ġie mogħti lill-atleta Olimpika  Eleanor Bezzina (Sparar), li għandha storja sportiva notevoli u. Din se tkun il-ħames parteċipazzjoni tagħha fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Ix-Chef de Missjoni għal dawn il-Logħob, Paul Sultana spjega l-ippjanar u l-koordinazzjoni bir-reqqa li sar mill-Kumitat Organizzattiv li ilu jaħdem bla heda biex jassigura li kollox jimxi tajjeb. Kif mistenni, l-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ dan il-kobor ma kienitx bla sfidi, iżda Sultana spjega li Malta hija ppreparata sew biex tilqa’ ‘il fuq minn 1000 atleta u uffiċjal fil-ġimagħtejn li ġejjin.

“Bħala l-pajjiż ospitanti, Malta hija mistennija li tkun mimlija b’attività hekk kif atleti, uffiċjali, u spettaturi minn madwar l-Ewropa ser jaslu f’Malta għal dawn il-Logħob. Dawn il-Logħob se jipprovdu lil Malta bl-opportunità li turi l-ospitalità, il-kultura, u s-sbuħija naturali tagħha lil ħbieb tagħna Ewropej.” – Paul Sultana, Chef de Mission

Fi tmiem il-Konferenza Stampa il-President tal-KOM Julian Pace Bonello tenna r-responsabbiltà li għandhom l-atleti biex mhux biss jiksbu riżultati tajbin iżda jkunu l-aqwa ambaxxaturi li Malta jista’ jkollha billi jħaddnu l-prinċipji tal-isport u l-fair play. Il-Logħob se jkun il-qofol tax-xogħol iebes li, flimkien mal-kowċis tagħhom u l-Kumitat Olimpiku Malti, sar matul ix-xhur li għaddew.

Waqt li ndirizza lill-atleti, preżenti, irrimarka “Li tkun magħżula biex tilbes il-kit tat-Team Malta huwa unur li l-atleti tagħna ħadmu ħafna għalih. L-atleti kollha msejħa jistħoqqilhom li jkunu parti minn dan it-tim. Li tkun l-aqwa li tista’ tkun fl-isport rispettiv tagħkom hija ħaġa mistennija, iżda hekk kif tidħol fl-arena sportiva tiegħek, b’ħafna attenzjoni fuq il-prestazzjoni tiegħek, tinsew qatt li intom ambaxxaturi li se tkunu qedin tispiraw lill-atleti futuri ta’ Malta. Il-prestazzjoni u l-imġieba tagħkom huma parti mill-legat pożittiv li rridu li dawn il-Logħob ikollhom fuq Malta” temm jgħid Julian Pace Bonello, President tal-KOM.

Pace Bonello appella lill-pubbliku biex juri l-appoġġ tiegħu billi jimla d-diversi faċilitajiet li ser jospitaw sawn il-Logħob. Il-President tal-KOM kompla billi esprima l-gratitudni tiegħu lill-Kumitat Organizzattiv Lokali u lill-Kumitat Olimpiku Malti għax-xogħol u l-impenn tagħhom biex iwasslu l-aqwa Logħob li qatt sar. Kompla jirringrazzja lill-isponsors li emmnu f’dawn il-Logħob u li taw l-appoġġ meħtieġ biex dawn il-Logħob ikunu tal-ogħla livell.

Atletika

Claire Azzopard, Luke Bezzina, Lisa Bezzina, Nikolai Bonello, Rosalie Borg, Mireya Bugeja, Steve Camilleri, Luke Camilleri, Mireya Cassar, Dillon Cassar, Antonella Chouhal, Joelle Cortis, AlessiaCristina, Peppijna Dalli, Jean Paul Debono, Gaetano Di Franco, Luke Farrugia, Matthew Galea Soler, Ian Paul Grech, Beppe Grillo,  Sana Grillo, Jordan Gusman, Armani James, Dario Mangion, Claire McNamara, Gina McNamara, Lloyd Mhiripiri, Jared Micallef, Benjamin Micallef, Josepha Micallef , Luke Micallef Perconte, Bradley Mifsud, Rachela Pace, Thea Parnis Colerio, Graham Pellegrini, Janet Richard, Daniel Saliba, RebeccaSare’, Carla Scicluna, Martha Spiteri, SimonSpiteri, Kay Testa, Charlotte Wingfield, Jeremy Zammit

Judo

Kris Bartolo, Isaac Bezzina, Francesca Catania, Kirsty Cauchi, Katryna Esposito, Sadek Khalaf, Valerian Ogbaidze, James Zahra

Għawm

Mya Azzopardi, Victoria Balderacchi, Georgia Bohl, Dylan Cachia, Nathan Cachia, Sarah Demicoli, Francesca Falzon Young, Matthew Galea, Maya Galea,  Sasha Gatt, Andrea Mallia, Simon Mallia, Nathan McCleve, Amy Micallef, Nirvana Micallef, Kyle Micallef,  Michela Portelli, Rudi Spiteri, Michael Stafrace, Raoul Stafrace, Sean Wareing, Thomas Wareing,  Thomas Woods.

Ibburdjar

Lacey Aquilina, Shaun Aquilina, Samantha Axisa, Jacob Azzopardi, Isaac Azzopardi, Aly Badawy, Nicolai Bartolo,  Julia Borg, Kurt Borg, Katrina Briffa, Laidon Buhagiar, Mia Busuttil, Matthew Cachia Debono, Ryder Croft, Ella Demicoli, Alexandr Denisiuc, Emily Fenech, Matthew Flores, Crispin Gauci Peresso, Marianne Heller, Jake Mallia, Gary Mercieca, Lara Merten, Katrina Micallef, Jonas Micallef, Michela Mifsud , Gregory Mifsud Orlando, Michela Mizzi, Aleksandra Nagrudnaia, Maria Nagrudnaya, Dimitrios Pipi – Vertsonis, Maya Podesta, Leonardo Procopio, Luke Rausi, Matthias Spiteri, Tomek Vaccaro, Timmy Vassallo, Benjamin Vassallo, Sophie Villette, Jean Zahra

Sparar

Marcello Attard, Gianluca Azzopardi Spiteri, Eleanor Bezzina, Mariah Busuttil, William Chetcuti, Clive Farrugia, James Galea, Mikela Galea, Matthew Grech, Nico Sciberras, William Vella.

Squash

Bradley Deguara Hindle, Annabelle Diamantino, Niall Engerer, Amke Fischer, Dean Gera, Kresten Hougaard, Johanna Rizzo, Mattea Saliba, Julian Scerri, Duncan Stahl, Colette Sultana, Lijana Sultana, Kijan Sultana, Daniel Zammit-Lewis.

Table Tennis

Daniel Bajada, Anthea Cutajar, Gabriel Grixti, Camella Iacob, Viktoria Lucenkova, Dmitrij Prokopcov, Renata Strbikova, Felix Wetzel,

Tennis

Matthew Asciak, Francesca Curmi, Alex DeGabriele, Liam Delicata, Elaine Genovese, Emma Montebello, Matija Pecotic, Helen Pellicano.

Għaż-żewġ dixxiplini tat-timijiet, il-baskitbol u Rugby 7s, intgħażlet skwadra proviżorja, bl-iskwadri finali jitħabbru aktar qrib il-Logħob.

Id-XIX Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa qed jiġu appoġġjati minn SportMalta, NDSF, Welbee’s Supermarket, National Lottery, MITA, General Soft Drinks, Visit Malta, European Olympic Committees, Go, Enemed, BOV, Transport Malta, Malta International Airport u The Concept Stadium.

https://gssemalta2023.mt/

Sport