Friday, November 8, 2024

Imħabbar l-Ewwel Grupp ta’ Atleti fil-Youth Development Scheme tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM)  ospita l-ewwel sessjoni ta’ presentazzjonijiet ta’ Ċertifikati lil-atleti li jaqgħu taħt l-iskema tal-Youth Development Scheme.

L-Iskema ta’ żvilupp tnediet permezz tal-isforzi tal-Kummissjoni Teknika mmexxija mid-Direttur tal-Isport Charlene Attard u d-Direttur taż-Żgħażagħ Johanna Grech. Il-Kummissjoni ilha taħdem mill-qrib mad-diretturi tekniċi tad-diversi Federazzjonijiet u Assoċjazzjoni affiljati.  Ibbażat fuq dawn il-laqgħat, ġiet żviluppata sistema li tikkonsisti f’diversi livelli li tqiegħdu taħthom l-atleti.

Skont il-kategorija li jaqgħu taħt, l-atleti se jibbenefikaw minn fondi, aċċess għal-Laboratorju Dijanjostiku Funzjonali tal-KOM kif ukoll servizzi oħra.

L-ewwel grupp ta’ atleti li jibbenefikaw minn din l-iskema jirrappreżentaw diversi dixxiplini fosthom, Badminton, Għawm Artistiku, Għawm, Golf, Karate, Squash, Triathlon u Weightlifting.

“Il-proċess tal-għażla tal-atleti kien iddisinjat b’mod metikoluż biex iżomm it-trasparenza u jiżgura li l-fair play jiġi osservat mill-atleti kollha. Dawn il-miżuri huma essenzjali għall-Kumitat Olimpiku Malti u għal kull membru ta’ Team Malta, filwaqt li jenfasizzaw l-impenn tagħna għall-integrità u l-ugwaljanza fl-isport” irrimarkat Johanna Grech, fl-indirizz tagħha lill-atleti.

Grech kompliet tenfasizza li flimkien mal-unur li atleta jkun parti mill-programm, hemm numru ta’ responsabbiltajiet li l’atleti għanhom jonoraw. L-atleti għandhom jagħrfu li r-rwol tagħhom jestendi lil hinn mill-kompetizzjonijiet, it-taħriġ, u l-perjodi ta’ għażla; huma mistennija li jinkorporaw l-essenza li jkunu ambaxxaturi b’mod konsistenti, kemm fuq il-qasam tal-logħob kif ukoll barra.

Grech temmet billi rrikonoxxiet ix-xogħol u l-appoġġ tal-ġenituri u fakkret lill-atleti x’parti importanti mis-suċċess tagħhom huma.

Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati lill-atleti mis-Segretarju Ġenerali tal-KOM Kevin Azzopardi u Johanna Grech.

L-Atleti Magħżula

Badminton

Emily Abela, Dayle Bugelli, Jacob Busuttil, Juan Casaru, Samuel Cassar, Francesca Clark, Martina Clark, Jeremy Gatt, Jodie Gafa Craus, Suzie Gafa Craus, Julia Galea, Julia Saliba, Monique Vella.

Għawm Artistiku

Ana Culic, Thea Grima Buttigieg, Zea Montfort, Emily Ruggier

Għawm

Sophia Allen, Victoria Balderacchi, Yulya Bonnici, Nathan Cachia, Nina Cachia,

Gabriel Camilleri, Martina Marie Camilleri, Michela Camilleri, Samuel Camilleri,

Alisa Camilleri,   Julia Camilleri, Zea Caruana Garzia,  Ema Cassar,  Ema Liz Cassar, Emily  Cassar, Madeleine Cassar, Elisa Ceccato , Isaac Ciantar, Kirsty Delia, Thomas Ellul, Roanna Farrugia,  Ella Fenech Attard, Thomas Gatt, Luca Grixti, Russell Grixti,  John Hick, Peyton Kruger , Nirvana, Micallef, Mattea Micallef,  Julia Mizzi, Ayden Mujic, Michela Portelli,  Liam Rodenas, Italo Salamone, Matthew Satariano,  Caine Schembri, Nolan Vella, Cristina Vidal,  Julienne Woods, Beata Xerri de Caro, Luke Zammit.

Golf

Serena Falzon Sant Manduca, Mark Ganado, Filippa Schulze Doering

Karate

Thyis Antonelli, Jenna Awad Attia, Mikele Bonnici, Ashley Borg, , Isaac Gatt, Jaden Grech, Dakota Micallef Gauci, Emma Mizzi, Mariah Mizzi, Evie Roadley-Battin, Francesca Saliba, Kaya Sultana Valentine, Jessica Vella

Squash

Alexandra Agius, Venita Degiorgio, Mattea Saliba, Julian Scerri, Lijana Sultana

Triathlon

Keira Attard, Kai Azzopardi, Liam Daly, Chylen Fava, Ryan Muscat

Weightlifting

Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Kaya Curmi Inguanez , Aaliyah Gatt, Nathan Mifsud, Tenishia Thornton

Sport