L-akbar festival Ewropew miftuħ għall-pubbliku bla ħlas – l-Isle of MTV – reġa’ magħna. Dan wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Għal dan il-festival prestiġġjuż li jattira eluf ta’ turisti f’pajjiżna, għadha kemm tħabbar il-line up komplut tal-artisti għal din is-sena. Dawn huma Baby No Money, Mae Mullere u Shaun Farrugia – artist u kompozitur Malti, li se jingħaqdu ma’ Marshmello u French Montana.
Dan il-festival, li jixxandar fuq l-istazzjon internazzjonali tal-MTV f’aktar minn 170 pajjiżi differenti, se jsir fuq il-Fosos tal-Floriana fid-19 ta’ dan ix-xahar.
L-Isle of MTV 2022 se jkollu wkoll numru ta’ kantanti oħra li se jkunu mistiedna fih u żgur li, bħall-edizzjonijiet passati, se joffri spettaklu mużikali mill-aqwa b’reklam kbir għal pajjiżna.