Friday, December 13, 2024

Imħabbra aktar rilaxx dwar il-perjodu tal-kwarantina għal dawk mhux imlaqqma

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar il-kwarantina. 

Mit-Tnejn 7 ta’ Marzu dawk li għandhom it-tilqim u huma kuntatti primarji mhux se jibqgħu obbligati li jagħmlu kwarantina. Min hu pożittiv jew dawk li jgħixu fid-dar tiegħu u huma mlaqqma l-perjodu ta’ kwarantina se jinżel għal sebat ijiem.

Żied jgħid li mit-Tnejn 7 ta’ Marzu wkoll dawk li huma kuntatti sekondarji li mhumiex imlaqqmin se titneħħilhom il-kwarantina. Dawk li huma kuntatti primarji u mhumiex imlaqqma, mill-istess jum il-kwarantina li sal-lum hi ta’ 14-il ġurnata se tinżel għal ħamest ijiem bit-test.

Ekonomija

Sport