Friday, May 3, 2024

Se jitnaqqsu wkoll xi perjodi ta’ kwarantina fejn jidħol l-ivvjaġġar

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fejn jidħol l-ivvjaġġar se jitnaqqsu wkoll xi perjodi ta’ kwarantina. Dawk li jkun ġejjin minn pajjiżi kkunsidrati “dark-red” u li għandhom it-tilqim illum huma obbligati li jagħmlu 10 ijiem kwarantina. Mis-7 ta’ Marzu dan il-perjodu se jinżel għal sebat ijiem.

Id-Deputat Prim Ministru qal li fuq rakkomandazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mis-7 ta’ Marzu se nibdew nagħrfu mhux biss tilqim li huwa approvat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, iżda wkoll tilqim li huwa approvat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Sport