Thursday, November 5, 2026
Home Sport Imħabbra n-nominazzjonijiet għall-premju tal-Aqwa Player Afrikan 2026

Imħabbra n-nominazzjonijiet għall-premju tal-Aqwa Player Afrikan 2026

0
50

Achraf Hakimi, Sadio Mane u Antoine Semenyo jinsabu fost l-10 nominati għall-premju tal-Aqwa Player Afrikan tal-2026, organizzat mill-Konfederazzjoni Afrikana tal-Football (CAF).

Hakimi, li rebaħ dan l-unur fl-2025, se jkun qed jipprova jiddefendi t-titlu tiegħu. Fost in-nominati hemm ukoll Amad Diallo tal-Kosta tal-Avorju, Yoane Wissa tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Brahim Diaz u Ismael Saibari tal-Marokk, Ismaila Sarr u Pape Gueye tas-Senegal, kif ukoll Teboho Mokoena tal-Afrika t’Isfel.

Il-Marokk u s-Senegal għandhom tliet rappreżentanti kull wieħed. Iċ-ċerimonja tal-premjijiet se ssir f’Lagos, in-Niġerja, fis-7 ta’ Diċembru.

In-nominati għall-premju tal-Aqwa Plejer Afrikan tas-Sena huma:

– Amad Diallo (Kosta tal-Avorju)

– Yoane Wissa (Kongo)

– Antoine Semenyo (Ghana)

– Ismael Saibari (Marokk)

– Achraf Hakimi (Marokk)

– Brahim Diaz (Marokk)

– Ismaila Sarr (Senegal)

– Pape Gueye (Senegal)

– Sadio Mané (Senegal)

– Teboho Mokoena (Afrika t’Isfel)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here