Kien eżatt bħal-lum li kienet tħabbret il-mewt tal-eks Prim Ministru u l-eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, fl-età ta’ 89 sena.
Huwa serva fil-kariga ta’ Prim Ministru bejn l-1984 u l-1987, filwaqt li kien Mexxej Laburista bejn l-1984 u l-1992.
Karmenu Mifsud Bonnici kien maħbub ħafna fost il-poplu minħabba l-kariżma tiegħu u l-imħabba li kellu lejn pajjiżna.
