Thursday, November 5, 2026
Home Sport Il-funeral ta’ Jesus de Miguel se jsir illum

Il-funeral ta’ Jesus de Miguel se jsir illum

0
57

Il-funeral tal-attakkant ta’ CD Tenerife, Jesus de Miguel, se jsir illum f’Navahermosa, fil-provinċja ta’ Toledo fi Spanja, wara l-mewt traġika tiegħu fl-età ta’ 30 sena.

Il-player Spanjol miet nhar it-Tlieta wara li sofra ġrieħi serji f’daħla mal-gowlkiper ta’ FC Andorra, Jesus Owono, waqt partita mit-tieni diviżjoni Spanjola.

Iċ-ċerimonja funebri se ssir fil-knisja parrokkjali ta’ San Miguel Arcangel, qabel ma l-katavru jindifen fiċ-ċimiterju lokali.

Il-kumplament tal-iskwadra tal-ewwel tim ta’ Tenerife, flimkien mal-istaff tekniku u d-dirigenti tal-club, mistennija jattendu biex jagħtu l-aħħar tislima lil sieħebhom.

Il-kunsill lokali ta’ Navahermosa ddikjara tlett ijiem ta’ luttu uffiċjali, filwaqt li Tenerife ħabbar sitt ijiem ta’ luttu. Il-club se jorganizza wkoll tifkira pubblika fl-istadium Heliodoro Rodríguez Lopez, nhar is-Sibt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here