Monday, November 11, 2024

Immultat €6,000 talli kien iwaqqa l-mutur tal-ġar fil-Mosta

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat multa ta’ €6,000 għal raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta li nstab ħati li kien iwaqqa’ il-mutur tal-ġar tiegħu.

Fil-Qorti, ġie spejgat li l-każ imur lura għal Jannar tas-sena l-oħra, meta allegatamet l-imputat Lee Grech kien ikkaġuna xi ħsarat fil-mutur u li ta fastidju lil sid il-mutur.

Sid il-mutur xehed fil-Qorti, fejn spjega li irċieva telefonata mill-Għassa tal-Pulziija fejn informwh li kellu l-mutur mal-art u li dan seta kien mal-art minħabba l-maltemp.

Ġie spjegat li minn dakinhar tat-telefonata, il-mutur kien sabu imwaqqa’ għal madwar ħames darbiet. Il-ġar tal-imputat, li jiġi sid il-mutur qal li kien iddeċieda li jwaħħal kamera tas-sigurtà mal-gallarija.

Kompla jispjega li meta darba minnhom evalwa l-filmat, ra lil Grech jaqliblu l-mutur u li meta ra dan qabad u mar jagħmel rapport l-Għassa. Meta ġie mitkellem mill-Pulizija, l-imputat ċaħadl-akkużi kollha miġjuba kontrih.

L-imputat kien instab ħati mill-Qorti f’Mejju ta’ din is-sena u kien ikkundannat tmien xhur sospiżi sentejn flimkien mal-multa iżda s-sentenza ġiet appellata.

Wara li reġgħet rat il-provi, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrimarkat li ma ġiex pruvat l-ammont ta’ ħsara fuq il-mutur u għalhekk kuntrarjament għall-Qorti tal-Maġistrati ma sabitux ħati ta’ din l-akkuża.

Fl-istess waqt ikkonfermat il-ħtija fit-tieni akkuża, dik li ta fastidju lil sid il-mutur, u bidlet is-sentenza minn waħda ta’ sentenza sospiża u multa għal waħda ta’ €6,000 multa li tista’ titħallas bir-rata ta’ €150 fix-xahar.

Għall-imputat dehret l-Avukat Veronica-Anne Spiteri.

Sport