Friday, December 27, 2024

Immultat wara li nstab ħati li saq fis-sakra f’Tal-Barrani

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena mit-Turkija residenti Birżebbuġa kien immultat €3,300 wara li tressaq il-Qorti mixli li kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu fiż-Żejtun.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ imur lura għal Diċembru tas-sena li għaddiet u li waqt li l-Puliizija kienet qed tagħmel ronda fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun, innutaw li kien hemm karozza sserrep minn triq għal oħra.

Ingħad ukoll li meta l-Pulizija għamlet s-sinjali lill-akkużat biex jitfa l-karozza fil-ġenb, allegatament huwa beda jserrep il-karozza mix-xellug għal lemin. Meta l-akkużat twaqqaf, ġie nnutat li dan kien taħt l-effett tal-alkoħol u li kellu riħa ta’ xorb waqt li ma kienx kapaċi jgħaqqad sentenza waħda.

Fil-Qorti, ġie psjegat ukoll li meta l-pulizija talbu lill-akkużat sabiex ithom il-liċenzja, dan qalilhom li ma kellux. Wara li sema’ s-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Jean Paul Grech, immulta lill-akkużat. Dan filwaqt li swalifikalu l-liċenzja tas-sewqan għal perjodu ta’ sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Rachel Aquilina

Ekonomija

Sport