Monday, September 14, 2026
Home Sport Imniedi l-istaġun tal-Futsal 2026/27 – Enemed għal darb’oħra l-isponsor ewlieni

Imniedi l-istaġun tal-Futsal 2026/27 – Enemed għal darb’oħra l-isponsor ewlieni

0
63

Ġie mniedi uffiċjalment l-istaġun tal-futsal 2026/27 waqt attività li saret fl-Enemed Distribution Centre, fejn ġew ippreżentati wkoll il-fixtures għall-bidu tal-kompetizzjonijiet tal-irġiel u tan-nisa.

Enemed se tkun għal darb’oħra l-isponsor ewlieni tal-kampjonat, u b’hekk tkompli l-kollaborazzjoni tagħha mal-Futsal Malta Association u l-appoġġ tagħha lejn l-iżvilupp tal-futsal f’Malta.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel se jipparteċipaw Luxol St Andrews Futsal, University of Malta Futsal, Swieqi United FC, Birkirkara AFC, Lija Athletic Futsal Team, Marsaskala, Żejtun WAA, Naxxar Lions FC u Siġġiewi FC Futsal, flimkien mas-selezzjonijiet nazzjonali ta’ taħt id-19 u taħt is-17-il sena.

L-ewwel fixtures tal-Enemed Futsal League huma:

L-Erbgħa 23 ta’ Settembru – U17 Selection vs Lija Athletic – 20:40

Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru – Luxol St Andrews vs Marsaskala – 20:40

Is-Sibt 26 ta’ Settembru – Siġġiewi FC vs Naxxar Lions – 16:45

Is-Sibt 26 ta’ Settembru – University of Malta Futsal vs Żejtun WAA – 18:45

Il-Ħadd 27 ta’ Settembru – U19 Selection vs Birkirkara AFC – 15:00

Il-logħbiet kollha tal-ewwel sensiela tal-irġiel se jintlagħbu fin-National Sports School.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa se jipparteċipaw Parr Mela Rockets, Mġarr United, Birkirkara FC, Birżebbuġa St Peter’s, University of Malta Futsal u Zero Sei Women’s Futsal.

L-ewwel fixtures tal-Enemed Women’s Futsal League huma:

It-Tlieta 13 ta’ Ottubru – Parr Mela Rockets vs Mġarr United – 19:00

It-Tlieta 13 ta’ Ottubru – Birkirkara FC vs Birżebbuġa St Peter’s – 20:30

L-Erbgħa 14 ta’ Ottubru – University of Malta Futsal vs Zero Sei – 20:30

Dawn il-logħbiet se jintlagħbu fid-De La Salle College.

Il-President tal-Futsal Malta Association, Nathaniel Jones, irringrazzja b’mod speċjali lil Enemed u lill-Malta Football Association għall-appoġġ kontinwu tagħhom lejn l-Assoċjazzjoni u l-futsal Malti.

“Nixtiequ nesprimu ringrazzjament kbir lil Enemed u lill-Malta Football Association għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Din il-kollaborazzjoni hija importanti biex inkomplu niżviluppaw u nkabbru l-futsal f’Malta,” qal Jones.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here