L-uffiċjali tal-VAR involuti fid-derby ta’ Manchester tneħħew mill-ħatriet tagħhom għal-logħbiet tal-Premier League ta’ tmiem din il-ġimgħa.
Matt Donohue u l-assistent tiegħu Blake Antrobus, ikkonvalidaw il-goal favur Manchester City wara intervent tal-VAR, minkejja li Enzo Fernandez deher li interferixxa fil-logħob waqt li kien f’pożizzjoni ta’ offside.
Il-goal ta’ Erling Haaland kien inizjalment ġie annullat għal offside, iżda wara d-deċiżjoni tal-VAR, in-Norveġiż instab li kien f’pożizzjoni regolari.
Madankollu, ġie deċiż li Fernandez ma kienx interferixxa biżżejjed biex jingħata offside, minkejja li deher li kellu impatt fuq Lisandro Martinez u l-goalkeeper Senne Lammens.
Pro Ref ammettew li kien sar żball, hekk kif Donohue kellu jirrakkomanda lil Michael Oliver biex jerġa’ jara l-inċident fuq il-monitor.
Għaldaqstant, Donohue u Antrobus tneħħew mill-ħatriet ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej.
Oliver, min-naħa l-oħra, se jibqa’ jmexxi logħba u se jkun ir-referee tal-konfront bejn Bournemouth u Liverpool.




