Friday, April 19, 2024

Imniedi l-logo tal-Euro 2024

Aqra wkoll

Il-pajjiż ospitu li se jorganizza l-Euro 2024, il-Ġermanja, nieda l-logo b’mod uffiċjali waqt ċerimonja bi spettaklu taħt id-dawl artifiċjali fl-Olympiastadion ta’ Berlin. 

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm personalitajiet distinti iżda kienet mingħajr partitarji. 

Il-logo huma magħmul minn kontorn tat-Tazza Henri Delaunay imdawwar minn kuluri fuq stil ovali li jixbaħ is-saqaf tal-Olympiastadion.

Fih kuluri mill-bnadar tal-55 nazzjon membru tal-UEFA, stabbiliti f’24 parti madwar it-trofew biex jirrappreżentaw l-24 tim li fl-aħħar mill-aħħar jikkwalifikaw għall-fażi finali fil-Ġermanja.

L-organizzaturi qalu li din il-brand se tippromwovi t-tournament li fih se tiġi ċċelebrata d-diversità u kulħadd għandu jħossu milqugħ. 

It-team tat-tournament “Magħquda mill-Football … Vereint im Herzen Europas”- jew“ Magħquda fil-Qalb tal-Ewropa” – hija maħsuba biex twassal messaġġ ta’ għaqda u inklużjoni.

Logos għal kull waħda mill-10 bliet ospitanti – Berlin, Cologne, Dortmund, Düsseldorf, Frankfurt, Gelsenkirchen, Hamburg, Leipzig, Munich u Stuttgart – ġew ukoll ippreżentati b’kull waħda fiha monument famuż lokali. Berlin, pereżempju, fih il-Bieb ta’ Brandenburg.

“Minn issa ‘l quddiem, it-tournament għandu identità ta’ marka li tirrifletti l-ambizzjoni li għandna flimkien mal-assoċjazzjoni ospitanti u l-bliet ospitanti,” qal il-president tal-UEFA Aleksander Ceferin. 

It-tournament għandu jintlagħab f’Ġunju u Lulju 2024 bl-iskeda tal-partiti tiġi kkonfermata s-sena d-dieħla.

Il-Ġermanja ospitat it-Tazza tad-Dinja fl-2006, bil-finali issir fl-Olympiasstadion wara li saritlu l-manutenzjoni. 

L-istadium kien oriġinarjament mibni għal-Logħob Olimpiku tal-1936 ospitat mill-Ġermanja Nażista. Il-Ġermanja tal-Punent ospitat ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-1974 u l-Kampjonat Ewropew fl-1988.

Sport