Wednesday, December 25, 2024

Impajnt t’emerġenza sabiex tiġi fornuta l-provvista tal-elettriku f’każ ta’ qtugħ

Aqra wkoll

Fil-Port Ħieles qed jinħatt l-impjant t’emerġenza biex jekk tinqala’ ħsara f’wieħed mis-sorsi ta’ ġenerazzjoni tagħna, fl-eqqel tad-domanda, il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tiġi fornuta.

Dan qalitu l-Enemalta f’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn spjegat li wara sejħa pubblika, hija ser tkun qiegħda temporanjament tikri kapaċità sa 60MW, sakemm jitlesta t-tieni interconnector mal-Italja.

Qalet li dan qed isir sabiex tkompli tisaħħaħ l-infrastruttura elettrika sabiex f’pajjiżna ikollna garanzija ta’ sigurtà ta’ provvista tal-enerġija.

Ekonomija

Sport