Friday, December 27, 2024

Impenn internazzjonali għal Ishmael Barbara fi Spanja

Aqra wkoll

Hekk kif din il-ġimgħa tibda l-fażi tal-gruppi tal-kompetizzjonijiet Elite UEFA, il-UEFA Youth League reġgħet lura wkoll.

Tim lokali ta’ uffiċjali tal-logħba ġie assenjat għall-partita ta’ nhar it-Tlieta bejn Barcelona u Royal Antwerp.

Din il-partita fiż-żona ta’ Sant Joan Despí ftit ‘il barra miċ-ċentru tal-belt ta’ Barcelona tibda fl-4.00pm u se tkun immexxija mir-referee tal-FIFA minn Malta Ishmael Barbara.

Huwa se jkun assistit minn żewġ uffiċjali lokali addizzjonali inkarigati bħala Assistenti Referees, Duncan Spencer u James Muscat.

Il-Malta FA bagħtet l-isbaħ xewqat tagħha lil Ishmael u lit-tim tiegħu ta’ uffiċjali tal-logħba għal dan l-impenn internazzjonali.

Ekonomija

Sport