Saturday, May 4, 2024

Impenn internazzjonali għal Ishmael Barbara

Aqra wkoll

Il-bidu ta’ ġimgħa oħra impenjattiva u twila tal-futbol tal-klabbs Ewropew se jkun qed jara lir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara imexxi l-partita mit-tieni leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League nhar it-Tlieta 1 ta’ Awwissu bejn FC Swift Hesper tal-Lussemburgu li f’territorji familjari se jaffrontaw lit-tim minn Wales, The New Saints FC.

Għal dan l-inkarigu, Ishmael se jkun assistit fil-Lussemburgu minn Roberto Vella u Duncan Spencer li se jkunu Assistant Referees, filwaqt li Darryl Agius se jkun ukoll parti mill-grupp fil-pajjiż żgħir tal-Majjistral tal-Ewropa fir-rwol tiegħu ta’ raba’ uffiċjal.

Il-Malta FA tixtieq taqsam l-isbaħ xewqat tagħha lill-uffiċjali tal-partita tagħna li jtajru l-bandiera Maltija barra minn xtutna, flimkien ma’ Hamrun Spartans, Balzan, u Gżira United li kollha se jkunu fl-azzjoni u qed jikkompetu biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni.

Sport