Saturday, May 4, 2024

Rebħiet konvinċenti għaż-Żambja, il-Ġappun u l-Awstralja

Aqra wkoll

Hekk kif ilberaħ tkompliet it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, iż-Żambja, il-Ġappun u l-Awstralja rreġistrtraw rebħiet konvinċenti meta għebu lil Kosta Rica, Spanja u l-Irlanda rispettivament. Dan sabiex l-Irlanda u n-Niġerja temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals

Fl-ewwel partita, iż-Żambja kisbu l-ewwel rebħa fl-istorja f’Tazza tad-Dinja tan-Nisa meta għelbu lil Kosta Rica bl-iskor ta’ 3-1.

Huma fetħu l-iskor wara biss tliet minuti, meta Avell Chitundu għaddiet tajjeb lejn Lushamo Mweemba li minn pożizzjoni ideali tefgħet ġewwa.

Huma rduppjaw l-iskor fil-31 minuta minn penalty ta’ Barbara Banda. Fit-48 minuta l-Costa Rica naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Melissa Herrera li wara li rċeviet mingħand Valeria del Campo tefgħet ġewwa. Madankollu, fil-ħin miżjud kienu ż-Żambja li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieliet goal meta Barbara Banda servoet fuq platt tal-fidda lil Racheal Kundananji li mill-viċin tefgħet ġewwa.

Fit-tieni partita, il-Ġappun kisbu t-tielet rebħa konskeuttiva biex rebħu Grupp C fejn rimarkabbli huwa l-fatt li skorjaw 11 u ma sofrew l-ebda goal. Huma ħasdu lil Spanja meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Il-Ġappun fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Hinata Miyazawa, li wara li rċeviet mingħand Jun Endo għelbet lil Maria Rodriguez. Huma rduppjaw l-iskor fid-29 minuta permezz ta’ Riko Ueki wara li rċeviet mingħand Miyazawa.

Fl-40 minuta huma għamluhom tlieta permezz ta’ Hinata Miyazawa meta wara li rċeviet mingħand Ueki, ma ħafritx.

Il-Ġappun isisiġġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal , fit-82 minuta permezz ta’ Mina Tanaka meta wara li rċeviet mingħand Rodriguez, b’xamma kbira għall-goal tefgħet ġewwa.

Fit-tielet partita, l-Awstralja umiljaw lill-Irlanda meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0, bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Hayley Raso, u goal kull waħda għal Mary Fowler u Stephanie Catley minn penalty.

Intant, fir-raba’ u l-aħħar partita, l-Irlanda u n-Niġerja temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Sport