Il-coach Alfred Attard, assistit minn Clint Tabone, għażel l-iskwadra finali ta’ 18-il player li nhar il-Ġimgħa filgħodu se titlaq lejn ir-Repubblika tal-Irlanda biex tieħu sehem fl-Intermediate Round tar-Regions Cup tal-UEFA.
B’kollox se jieħdu sehem 35 team minn assoċjazzjonijiet nazzjonali Ewropej, maqsuma fi tmien mini tournaments. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal timijiet reġjonali tad-dilettanti, iżda Malta u San Marino se jkunu rrappreżentati mit-timijiet nazzjonali tagħhom tad-dilettanti.
Malta tinsab fi Grupp 8 flimkien ma’ Split (il-Kroazja), Munster (ir-Repubblika tal-Irlanda) u Uzda (il-Belarus).
Il-logħbiet kollha se jintlagħbu f’Cork, fl-Irlanda, fejn Malta tibda l-impenji tagħha nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru, kontra r-reġjun ta’ Split. Il-partita se tintlagħab fit-3.00 pm, f’Knockgriffin Park.
Fit-tieni konfront, Malta tiltaqa’ kontra Munster fl-4 ta’ Novembru, bil-partita tibda fit-8.30 pm f’Turners Cross Stadium.
L-aħħar partita tat-team Malti se tkun fis-7 ta’ Novembru kontra Uzda tal-Belarus, fl-4.00 pm, f’Knockgriffin Park.
Il-ħinijiet kollha msemmija huma skont il-ħin ta’ Malta (CET).
L-iskwadra ta’ 18-il player hija:
GoalkeepersAnson Saliba (Marsa FC), Miguel Abela (St George’s FC).
Outfield PlayersBrady Agius (Gudja United FC), Andrea Azzopardi (Luqa St Andrew’s FC), Jaden Bonanno (Dingli Swallows FC), Sheldon Briffa (Mqabba FC), Matthew Brincat (Senglea Athletic FC), Adrian Caruana (Senglea Athletic FC), Rudy Cassar Jeffries (Senglea Athletic FC), Ryan Dalli (Siggiewi FC), Kieran Fenech (Qormi FC), Kyle Mercieca (Qormi FC), Dylan Micallef (Qrendi FC), Miguel Perez Jimenez (Kalkara United FC), Josuel Spiteri (Mqabba FC), Jake Stensen (Senglea Athletic FC), Andres Tenorio Viveros (Kirkop United FC), Kurt Zahra (Msida St Joseph FC).




