Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, sejjaħ skwadra ta’ 22 player għall-partita ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Estonja.
Il-partita se tintlagħab nhar it-Tlieta, 25 ta’ Marzu, fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm.
Il-logħba se tixxandar livestream fuq l-istazzjon tal-Malta FA fuq YouTube, kif ukoll tixxandar fuq TVMSport+.
Din il-partita se sservi bħala l-ewwel logħba tal-coach, Mazzotta, fit-tmexxija tat-team Malti ta’ Taħt il-21 sena, hekk kif għandu l-għan li jkompli jipprepara lill-players għall-kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew 2025-27, hekk kif Malta ttellgeħt biex tilgħab fi Gruupp F. Dan il-grupp huwa kompost ukoll mill-Ġermanja, Georgia, il-Greċja, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Latvja, bl-ewwel partita tkun f’darna kontra l-Greċja, f’Settembru li ġej.
L-iskwadra ta’ 22 player msejħa mill-coach Mazzotta hija din:
Goalkeepers – Liam Frendo (Valletta FC), Hugo Sacco (Hibernians FC)
Difensuri – Mattias Ellul (Hamrun Spartans FC), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Kean Scicluna (Hamrun Spartans FC), Aiden Zammit (Pietà Hotspurs FC), Sasha Cachia (Mosta FC)
Midfielders – Zak Barbara (Valletta FC), Andy Borg (Gzira United, Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC), Nathan Cross (Birkirkara FC), Matteo Gambin (Fgura United), Benjamin Hili (Balzan FC)
Attakkanti – Nicholas Agius (Birkirkara FC), Alfie Bridgman (Fareham Town FC – Ingilterra), Isaiah Chukunyere (Hibernians FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Zabbar St Patrick FC), Kian Leonardi (Pietà Hotspurs FC)