Saturday, December 21, 2024

Imut anzjan pożittiv għall-COVID-19

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa qal fi stqarrija li għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 72 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid.

Hu ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Awwissu u beda jingħata kura fl-Isptar St Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ekonomija

Sport